Lokali Parlament

“Joseph Muscat jurik ħaġa u jagħmel oħra”

“Joseph Muscat jurik ħaġa u jagħmel oħra” – Dan kien dak li kellha xi tgħid id-Deputat Marlene Farrugia meta kienet mistoqsija dwar Joseph Muscat waqt il-programm Polis. Meta kienet intervistata minn George Vital Zammit, Farrugia tkellmet dwar dak li rat fil-Partit Laburista, meta hi kienet għadha tiforma parti minnu, meta fost l-oħrajn bdew jitfaċċaw persuni bħal Konrad Mizzi.

Kellha wkoll kliem iebes dwar il-fatt li Konrad Mizzi, snin wara li bdew ħerġin aħbarijiet dwar skandli li kien fihom, baqa’ u għadu hemmekk, tal-Labour għadhom jiddefenduh. Marlene Farrugia tkellmet ukoll dwar l-iskandlu tal- enerġija, li sal-lum għadna nbatu l-konsegwenzi tiegħu.. skandlu li permezz tiegħu qed ninsterqu mill-kontijiet tad-dawl… serq ta’ flus li l-Labour mhux se jtina lura.

Marlene Farrugia spjegat kif fil-grupp Parlamentari tal-Labour ħadd ma jiftaħ ħalqu dwar l-iskandli li jaraw għaddejin madwarom… għaliex komdi fil-poter. Intant, tul din l-intervista, Marlene Farrugia spjegat kif tixtieq l-aħjar għal Malta.. pajjiż fejn il-poplu jgħix l-aħjar ħajja li jista’ jgħix. Saħqet li l-iżvilupp għandu jkun wieħed li xorta jħares il-wirt kulturali u l-ambjent tagħna u jinstab bilanċ.