Futbol Sport

L-Arġentina pass ‘il bogħod mill-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja

(Ritratt: EPA)

L-Arġentina resqu pass eqreb lejn il-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla fil-Qatar meta għelbu lil Urugwaj 1-0. Kien gowl ta’ Angel Di Maria li aċċerta minn rebħa għal-La Albiceleste hekk kif issa jinsabu fit-tieni post fil-grupp ta’ kwalfikazzjoni wara l-Brażil li huma diġa kwalifikati.

Nhar it-Tlieta, issa l-Arġentina jilagħbu kontra l-Brażil f’partita importanti. L-Urugwaj minn naħa l-oħra qed jirriskjaw li ma jikkwalifikawx għat-Tazza tad-Dinja hekk kif jinsabu fis-sitt post punti daqs iċ-Ċile.

Fil-partita kontra l-Uurgwaj, l-Arġentina ħolqu numru ta’ okkażjonijiet ta’ skor bl-istilla u captain tat-tim Arġentin Lionel Messi jidħol biss fl-aħħar ħmistax il-minuta. F’partita oħra, l-Peru kisbu rebħa ta’ 3-0 fuq il-Bolivja.

Ikkummenta