Malta…………………….15
Iżrael……………………..13
Malta: R. Apsee, P. Martin, D. Cerketa, M. Barbara, D. Deguara, B. Borg, D. Apsee, M. Davey 5, T. Holloway, R. Holloway, B. Dalton, D. Busuttil, C. Dudman 5, J. Debattista, R. Gum 5.
Iżrael: Y. Harris, T. Bracha, N. Reizel, T. Burden, Y. Shulman, Y. Engel, U. Majavidze, U. Gail 3, O. Levinson, M. Gordon 5, A. Rainstein 5, M. Eli, I. Eisenberg, G. Aviram, V. Pryimak.
Referee: Pedro Mendez
Fit-Tony Bezzina Stadium, it-tim nazzjonali Malti tar-Rugby kiseb rebħa ta’ 15-13 fuq Iżrael f’partita mill-European Nations Cup.
Il-partita kellha fażijiet differenti fejn l-Iżrael ddominaw fl-ewwel nofsiegħa iżda t-tim Malti daħal mal-ħin aktar fil-partita. Try ta’ Ricahrd Gum dawwret ix-xejra tal-logħob favur it-tim Malti hekk kif minn dak il-ħin il-players Malti irnexxielhom joħolqu aktar periklu.
It-tim Malti deher li seta’ jitlef il-partita hekk kif Iżrael irnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ 13-8 kmieni fit-tieni taqsima. Malta tilfu lil Jeremy Debattista fl-ewwel minuti tal-partita fejn kellu jkun mibdul minn Luke Matthew. Iżrael irnexxielhom jistħu l-iskor biss wara 14-il minuta hekk kif kien Mati Gordon li permezz ta’ penalty poġġa lil Iżrael 3-0 fil-vantaġġ. Iżrael irnexxielhom jagħmlu penalty ieħor hekk kif għamluhom 6-0 permezz ta’ Gordon. It-tim ta’ Chris Dudman kien sfortunati li ma komplewx ikabbru l-iskor meta kellhom penalty ieħor li ħabat mal-lasta.
Il-Malti rreaġixxew wara try ta’ Richard Gum bit-tim Malti jitlef l-opportunità li jkabbar l-iskor wara li Dudman żbalja l-penalty tiegħu. Fit-tieni taqsima, il-partita kienet waħda aktar bilanċjata fejn iż-żewġ timijiet pruvaw ikunu perikolużi. L-Iżrael wara li fallew penalty rnexxielhom jiskurjaw permezz ta’ try ta’ Adrian Rainstean. Gordon għamel il-conversion u poġġa lil Iżrael fil-vantaġġ13-8.
It-tim Malti żied il-pressjoni fl-aħħar ħinijiet u kienet try ta’ Mark Davey li daħħlet lil Malta fil-partita biex conversion ta’ Dudman għamlet l-iskor finali 15-3.
//= $special ?>