Internazzjonali

Tħassib dwar is-sitwazzjoni ambjentali fl-Indja

Il-Gvern Indjan iddikjara stat ta’ emerġenza hekk kif f’temp ta’ ġimgħa il-pajjiż għadda min żewġ każijiet ta’ kriżi ambjentali.

L-ewwel daqqa ta’ ħarta għall-poplu Indjan ġiet meta aktar kmieni din il-ġimgħa x-xmara storika tal-Ganges imtliet foam tossiku li għatta x-xmara kollha. Skont rapporti jidher li l-foam kellu fih kimika li twassal kemm għal problemi tan-nifs u anki tal-ġilda.
It-tieni daqqa ta’ ħarta għall-poplu Indjan waslet meta aktar kmieni din il-ġimgħa ukoll l-arja ta’ New Delhi mtliet bi ‘smog’ tossiku li ilu għaddej għal dawn l-erbgħat ijiem.

Aktar kmieni l-Qorti Suprema tal-Indja iddikjarat li jeħtieġ li jittieħdu aktar azzjonijiet drastiċi biex jiġu mħarsa n-nies. B’ħafna jesprimu l-idea ta’ ‘Lockdown’ għal Belt bħala waħda mis-soluzzjonijiet li taf ittaffi l-impatt ta’ din il-problema.