Lokali

Żagħżugħ imressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ serq

Kmieni llum quddiem il-Magistrat Leonard Caruana tressaq Simon Leyton Rachid ta’ 20 sena minn Santa Venera, fuq diversi akkużi nkluż kompliċita fi tliet serqiet u li saħansitra waqt waħda minn dawn is-serqiet l-akkużat kellhu sikkina fuqu.

Waqt is-seduta l-avukati tal-akkużat iddikjaraw li l-Rachid ġie arrestat b’mod irregolari wara li waqt l-arrest tal-akkużat ma kienx magħruf għal-liem raġuni qiegħed jiġi arrestat.

Wara li l-prosekuzzjoni ma’ setgħet turi l-ebda prova li dan l-arrest kien wieħed validu, il-Magistrat ordna li ż-żagħżugħ jinħeles mill-arrest.

Madankollu l-Qorti ħarget ordni ta’ protezzjoni favur il-vittmi tas-serqiet bi twissija li jekk l-akkużat jkollu kuntat magħhom jista saħansitra jeħel multa ta’ 7,000 ewro jew piena ta’ ħabs.