Internazzjonali

Ekwador: ħabsin imutu fi sparaturi bejn gangs

Mill-anqas 68 ħabsi mietu waqt sparaturi bejn gangs fl-akbar ħabs tal-Ekwador, f’attakk li dam kważi tmien sigħat.

Waqt l-attakk inħarqu saqqijiet bl-għan li ta’ kontrihom ma jkunux jistgħu jarawhom ġejjin qabel jisparaw fuqhom. Saħansitra kien hemm attentat li jiġi spoldut u jitwaqqa’ ħajt iżda dan ma rnexxiex.

Filmati li bdew iduru fuq il-media soċjali juru persuni mejta mixħutin mal-art fil-Ħabs, b’uħud saħansitra b’feriti evidenti ta’ ħruq.

Madwar 25 ħabsi ieħor kellu numru ta’ feriti kawża tal-attakk.