Lokali

“Ħallejt vojt kbir” – bosta jibku t-telfa taż-żagħżugħ Owen Briffa

“Ħallejt vojt kbir warajk però ninsabu ċerti li se tibqa’ magħna tul ħajjitna kollha.”

Bosta qraba u ħbieb selmu lil Owen Briffa żagħżugħ Belti ta’ 20 sena li ħasad lil kulħadd bit-telfa ħabta u sabta fi tmiem din il-ġimgħa.

Fuq il-midja soċjali għadd kbir ta’ persuni kitbulu diversi messaġġi u urew id-dispjaċir tagħhom għal din l-aħbar traġika.

Owen jibqa’ magħruf b’mod speċjali mal-partitarji tat-tim tal-futbol tal-Belt Valletta kif ukoll kien akkanit tat-tim tal-futbol Ingliż ta’ Manchester United.

https://www.facebook.com/ayrton.saffrett/posts/10227471165061689?cft[0]=AZUOl9E6GSVj7Xm9H8nYPDnjNXV_qqbk1EZp-Ai26NNnqejelO6GTeDx3Y2W_NkmqCF6-rd7RLthafrWRltPfyk2mKPOHkvlwIvK1pxyV6MEatikFosZzCtwQynsUIt6Tph3yIFz1glfmOI1gQDC66w7gAhc6VTS9yhTfhmmP__VwA&tn=%2CO%2CP-y-R

Fost dawk il-persuni li selmulu kien hemm il-Membru tal-Eżekuttiv tal-MŻPN Ayrton Saffret, li jiġi wkoll membru tal-familja taż-żagħżugħ fejni sostna kif it-telfa tiegħu ħasdet lil kulħadd u ħalliet lil bosta bla kliem.

Tislima wkoll waslet mill-Minority Leader tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta Christian Micallef fejn iddeskriva t-telfa ta’ Owen bħala telfa u xokk kbir għall-Beltin.

Il-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Net News testendi l-kondoljanzi sinċiera lill-qraba u ħbieb ta’ Owen Briffa f’dan iż-żmien diffiċli.