Iben Gaddafi, Seif al-Islam Gaddafi, iben l-eks dittatur Libjan Muamma Gaddafi llum xeħet ismu għall-elezzjoni Presidenzjali li ħafna qed ibassru li għandha tkun kruċjali biex il-pajjiż jibda paġna ġdida wara snin ta’ kunflitti.
Ir-reġistrazzjoni fetħet nhar it-Tnejn li għadda u Seif al-Islam Gaddafi kiteb ismu llum għall-elezzjoni li l-ewwel rawnd tagħha se ssir fit-24 ta’ Diċembru.
Din hija l-ewwel elezzjoni Presidenzjali diretta tal-pajjiż wara proċess imniedi minn Nazzjonijiet Uniti bit-tama li dan il-pajjiż jieqaf fuq saqajh għaxar snin wara r-rivoluzzjoni li wasslet għat-tneħħija ta’ Gaddafi.
Ir-reġistrazzjoni ta’ iben il-mexxej kontroversjali għal din l-elezzjoni kienet ikkonfermata mill-Kummissjoni Elettorali tal-pajjiż.
//= $special ?>