Internazzjonali

Imut l-awtur Wilbur Smith

Is-Sibt waranofsinhar tħabbret il-mewt tal-awtur Wilbur Smith, fl-età ta’ 88 sena, magħruf fost l-oħrajn għall-kotba ‘The River God’ u ‘The Triumph of the Sun’.

Smith ippubblika 49 ktieb, filwaqt li biegħ aktar minn 140 miljun kopja mad-dinja kollha.

Hu sar magħruf meta kien ippubblika n-novella ‘When the Lion Feeds’, fl-1964, tant li l-istorja f’ħakka t’għajn saret bestseller. L-istorja kienet ibbażata fuq esperjenzi li għadda minnhom hu stess meta, ta’ 13-il sena, qatel iljun fuq il-propjetà ta’ missieru.