Mijiet ta’ messaġġi mhux awtorizzati intbagħtu minn server tal-FBI permezz ta’ email f’dak li qed ikun meqjus bħala cyber-attack.
Dawn l-emails intbagħtu s-Sibt filgħodu mid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti, bil-messaġġ javża lil dawk li rċievew l-email bħala sitwazzjoni urġenti ferm.
Dawn il-messaġġi ħolqu taħwid sħiħ fost dawk li rċievewhom, hekk kif dak li kien hemm miktub fihom tista’ tgħid li kien identitiku għall-istil li ssoltu jintbagħtu mill-FBI stess mis-sistema tal-aġenzija stess.
Aktar minn 100,000 email intbagħtu lil persuni differenti, iżda s’issa, is-sors tal-attakk għadu mhux magħruf.
//= $special ?>