Internazzjonali

L-Awstrijaċi mhux imlaqqma se jkollhom joqgħodu ġewwa djarhom

Il-Gvern Awstrijak impona lockdown fuq dawk kollha li mhumiex imlaqqma b’mod sħiħ. Dan il-lockdown jidħol fis-seħħ f’nofsillejl, u sa issa se jibqa’ fis-seħħ għall-għaxart ijiem li ġejjin.

Dan ifisser li Awtstrijaċi li għandhom minn 12-il sena l fuq li mhumiex imlaqqma kompletament minn għada mhux se jkunu jistgħu joħorġu minn djarhom lanqas biex imorru għax-xogħol, l-iskola jew għal xiri essenzjali jew għall-eżerċizzju.

Dan il-lockdown qed jiġi estiż għall-pajjiż kolluw wara li aktar kmieni din il-ġimgħa kien ġie implimentat fl-Awstrija ta’ Fuq u Salzburg.