Coronavirus Internazzjonali

L-Olanda: arrestati waqt protesti dwar il-lockdown

Madwar 15-il persuna ġiet arrestata waqt protesti li saru fl-Olanda dwar il-lockdown impost fid-dawl tal-pandemija.

Mijiet ta’ persuni niżlu fit-toroq is-Sibt filgħaxija fost sparar ta’ murtali u flares.

Minkejja li l-Pulizija ordnat lin-nies biex jirritornaw lura d-dar, numru ta’ persuni rrifjutaw li jobdu. Kien hawnhekk li l-Pulizija bdew imexxu lin-nies ‘il bogħod miċ-ċentru.

Ir-restrizzjonijiet tal-lockdown, li mistennija jibqgħu fis-seħħ għal tliet ġimgħat, jgħidu li bars, ristoranti u supermarkets għandhom jgħalqu sat-8 ta’ filgħaxija, filwaqt li ħwienet oħrajn li jbiegħu affarijiet mhux essenzjali jridu jagħlqu sas-6 ta’ filgħaxija.

Barra minhekk, reġgħet kienet introdotta wkoll id-distanza soċjali.