Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Marsa

Arkivji

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-00:45am, u mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li r-raġel intlaqat minn Toyota Double Cabin, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 35 sena residenti Santa Venera.

Il-vittma, li l-identità tiegħu għada mhux magħrufa, ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.