“Din hija pudina – kif tista’ timblokka raħal sħiħ għal tlett ijiem filgħaxija mingħajr ma ssib alternattiva? Ir-residenti trattati agħar mill-annimali.”
Din kienet ir-reazzjoni ta’ bosta fuq il-midja soċjali wara li Infrastructure Malta avżat lir-residenti li nhar it-Tlieta 23, l-Erbgħa 24 u l-Ħamis 25 ta’ Novembru…kull filgħaxija mit-8 ta’ filgħaxija sal-5 tal-għada filgħodu se tkun qed tagħlaq Triq is-Sajf ta’ San Martin bejn il-Baħrija u r-Rabat.
Għaldaqstant spjegat li l-aċċess minn u lejn il-Baħrija waqt dawn ix-xogħlijiet t’asfalt jibqa’ miftuħ biss għal servizzi ta’ emerġenza.
Ma’ din l-aħbar inevitabbilment kienu bosta dawk ir-residenti li esprimew ir-rabja tagħhom għan-nuqqas ta’ interess u kunsiderazzjoni lejhom fejn saħqu x’jiġri minn dawk il-persuni li jridu jmorru lejn id-dar wara t-tmienja ta’ filgħaxija wara ġurnata xogħol…jew saħansitra jkunu jridu jmorru xogħol matul il-lejl.
Oħrajn saħqu mnejn se jgħaddu b’sarkażmu jekk hux se jgħaddu mix-xagħri biex imorru lura d-dar.
Dan hekk kif minflok ix-xogħol inqasam biċċa biċċa, għal inqas inkonvenjenza għar-residenti, ittieħdet id-deċiżjoni li x-xogħol isir kollu f’daqqa b’nuqqas ta’ rispett lejn il-familji li jgħixu fil-Baħrija.
Minkejja l-appelli s’issa d-domandi baqgħu mhux imwieġba.
//= $special ?>