Lokali

Tarbija fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet żewġ sulari fl-Imsida

Tarbija ta’ sena tinstab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet żewġ sulari minn gallarija fi Triq Santa Venera, fl-Imsida. L-inċident seħħ it-Tnejn filgħodu għall-ħabta tat-8.00.

Minnufih fuq il-post issejħet ambulanza biex tingħata l-ewwel għajnuna fejn ftit wara t-tifel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.