Internazzjonali

Aktar sanzjonijiet fil-konfront tal-Belarus

L-Unjoni Ewropea qed tkompli iżżid is-sanzjonijiet għall-Belarus, bl-Unjoni takkuża lil Belarus li qed tmexxi l-immigranti lejn il-Polonja biex tostakola s-sigurtà fil-Lvant tal-Ewropa.

It-Tnejn mijiet ta’ immigranti kienu miżmuma milli jkomplu l-vjaġġ tagħhom minn għadd ta’ suldati Polakki, b’dawn il-persuni issa jinsabu maqbuda bejn il-Polonja u l-Belarus tul il-fruntiera.

It-tensjoni bejn il-Belarus u l-Unjoni Ewropea ilha tinħass hekk kif fl-aħħar jiem rapporti indikaw li l-Belarus kien qed jhedded li jwaqqaf il-provvista tal-gass lejn l-Unjoni.