55 każ ġdid ta’ Covid-19 kienu rappurtati fl-aħħar 24 siegħa. Fl-istess żmien, 17 kienu meqjusa li fiequ biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa tela’ għal 603.
Fortunatament, ma kienx hemm vittmi fl-aħħar sigħat. Minn ċifri maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa 13 bħalissa jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei, tnejn minnhom huma fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sal-bieraħ ingħataw 76,771 dożi booster tal-vaċċin.
Sadanittant, mill-lum it-tilqim kontra l-influwenza hu disponibbli għall-pubbliku in ġenerali miċ-Ċentri tas-Saħħa kollha mill-10a.m. sas-7p.m.
//= $special ?>