Lokali Parlament

Dan hu Gvern Laburista li tilef il-kuxjenza soċjali bir-riżultat li eluf ta’ ħaddiema huma fil-prekarjat

  • Jason Azzopardi, Deputat Nazzjonalista

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi tkellem dwar il-prekarjat u l-għoli tal-ħajja u qal li dan il-Gvern qed jiġi jaqa’ u jqum l-iskjavitu modern tal-prekarjat.

Dan il-Gvern Laburista jagħmel stqarrija li ma jimpurtahx mill-prikarjat fil-pajjiż. Fil-Baġit qal li l-ħaddiema ma jimpurtax li ma jitħallsux l-istess għall-istess xogħol.

Il-prekarjat ifisser li hawn min qed juża l-liġi biex jagħmlu li jridu u jinħbew wara l-istess liġi.

Hawn mal-1,200 food courier b’nofs il-paga tinsteraq illegalment mill-aġenziji tax-xogħol li jimpjegawhom. Għaliex? Għaliex il-Gvern jibqa’ ma jagħme xejn dwar dan is-serq sfaċċat?

Jason Azzopardi fisser li l-Gvern sa llum għadu ma għamel xejn biex jiġġieled lill-prekarjat. Nafu aħna jekk il-Gvern jafx x’qed jiġri dwar dawn il-ħaddiema impjegati mal-kumpaniji tat-tqassim tal-ikel.

Dan hu Gvern li tilef il-kuxjenza soċjali u jaħalli madwara sitwazzjonijiet ta’ ħaddiema li jaħdmu mat-80 siegħa fil-ġimgħa! Il-bniedem qed jitlef kull stima minħabba dak li qed jiġri f’pajjiżna.

L-Eurostat din is-sena qalet li l-livell tal-ħaddiema Maltin meta paragunat ma’ dawk fl-Unjoni Ewroepea hi waħda tat-tħassib għaliex ħafna mill-ħaddiema Maltin huma l-vittmi tal-prekarjat u tan-nuqqas ta’ dinjità f’dan il-qasam.

Jason Azzopardi kompla li fl-aħħar sitt snin il-Gvern kien kontinwament jitmejjel bil-ħaddiema li qed jiffaċċja l-ħin kollu l-effetti tal-għoli tal-ħajja.

Tkellem ukoll fuq l-impunitàli l-Gvern Laburista ta lil terzi qrib tagħhom, bħal fil-każ tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat. X’qed jagħmel il-Kummissarju tal-Pulizija? Għaliex il-Kummissarju tal-Pulizija qed jinħeba? Il-Kummissarju tal-Pulizija stess inqabad jgħidilna li Joseph Muscat hu meqjus bħala suspettat! temm Jason Azzopardi.

Ikkummenta