Futbol Sport

Dean Smith maħtur b’mod uffiċjali bħala coach ta’ Norwich City

(Ritratt: EPA)

Dean Smith inħatar b’mod uffiċjali bħala coach ta’ Norwich City fejn l-għan ewlieni tiegħu se jkun li jsalva lit-tim mir-relegazzjoni hekk kif fil-preżent Norwich jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika b’ħames punti.

Smith tkeċċa minn coach ta’ Aston Villa fis-7 ta’ Novembru wara li t-tim tiegħu sofra ħames telfiet konsekuttivi. Smith se jkun qed jieħu post Daniel Farke li tkeċċa jum qabel ma’ Smith tkeċċa minn coach ta’ Aston Villa.

L-eks coach ta’ Chelsea Frank Lampard ukoll kien fost il-favoriti li jmexx lil Norwich iżda rtira fl-aħħar ħinijiet.