Atletika Sport

Dillon Cassar u Lisa Bezzina jirbħu t-titli tal-cross country

Dillon Cassar u Lisa Bezzina rebħu t-titli tal-cross country hekk irritornaw il-kampjonati lokali tal-atletika wara nuqqas ta’ numru ta’ snin. Hekk kif l-atleti huma mdorrijin jiġru fit-trakka jew fit-toroq, din it-tellieqa sare madwar il-grounds tal-Marsa fejn kien hemm numru ta’ ostakoli.

Dillon Cassar ta’ Mellieħa kompla bil-momentum pożittiv tiegħu hekk kif irnexxielu jtemm fl-ewwel post qabel Luke Micallef u Mhammed Ahmed Khadar.

Lisa Bezzina wkoll temmet l-impenji tagħha għal din is-sena b’rebħa meta għelbet l-isfida ta’ Rachel Borg u Rosalie Borg.

Fl-isfida ta’ taħt it-23 sena Jean Claude Randon rebaħ it-tellieqa fejn kien segwit minn Gabriel Farrugia u David Borg.

Ikkummenta