Maħsub li kien attakk suwiċida biswit sptar f’Liverpool, bil-pulizija arrestat erba’ persunita’ 29, 26, 21 u 20 sena jinsabu arrestati wara l-ispluzjoni ta’ bomba f’karozza li li tpoġġiet mill-passiġier li daħħal f’taxi.
L-ewwel rapporti jindikaw li l-passiġier li kien fit-taxi miet fil-post u għadu mhux identifikat. Ix-xufier tal-vettura, David Perry, irnexxielu joħroġ mill-karozza, u malli nduna li kien attakk, ħareġ mill-karozza u sakkar it-taxi. Ix-xufier tat-taxi ittieħed l-isptar u ħareġ it-Tnejn.
Il-midja Ingliża qed tiddeskrivi lil dan ix-xufier bħala eroj, hekk kif il-mottiv jidher li kien intenzjonat li jsir attakk waqt li t-taxi tkun qed tinstaq fid-direzzjoni lejn l-isptar. Dan il-ġest kien anki mfaħħar mill-PM Brittaniku Boris Johnson.
L-ispluzzjoni seħħet ftit mumenti qabel il-11am tal-Ħadd, eżattament ftit qabel iż-żewġ minuti silenzju għal Jum it-Tifkira.
Kelliema għall-awtoritajiet qalu li l-ħaddiema tat-tifi tan-nar jirnexxielhom iġibu taħt kontroll is-sitwazzjoni mill-aktar fis. Min-naħa tagħhom il-pulizija f’Merseyside qalu li wara ftit minuti ssejħu wkoll għadd ta’ pulizija armati fiz-zona ta’ Kensington.
Il-mottiv wara dan l-attakk, sa issa huwa maħsub li kien wieħed terroristiku.
//= $special ?>