Internazzjonali

FL-ITALJA: Il-maltemp qed ikompli juri snienu f’għadd ta’ reġjuni

L-Italja qed tkompli tara aktar maltemp, hekk kif mistennija aktar xita fuq Sardenja, Piemonte u Kalabrja. Il-maltemp f’dawn l-inħawi ilu jippersisti …bl-awtoritajiet Taljani isejħu għall-kawtela minn dawk li se jkunu qed jivvjaġġaw.

L-awtoritajiet qalu li Sardenja se tkun qed tħallas qares, minħabba li l-maltemp diġà għamel ħafna ħsara lill-art agrikola, u mistenni li l-ħsarat ikomplu jiżdiedu.

Il-ħaddiema ta’ salvataġġ f’Cagliari qalu li sat-Tnejn waranofsinhar wettqu 90 missjoni ta’ salvataġġ, filwaqt li l-vjaġġi lejn il-gżira ta’ Elba, ġew sospiżi.