– Jason Azzopardi, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li meta wieħed jitkellem dwar il-finanzi u x-xogħol qed jitkellem dwar l-opportunitajiet tax-xogħol u t-tkattir tal-ġid fil-pajjiż.
Iżda llum pajjiżna jinsab f’sitwazzjoni ta’ nkwiet minħabba li pajjiżna spiċċa fil-lista l-griża u hekk pajjiżna qed jiffaċċja problemi serji. In-negozju f’pajjiżna sar diffiċli ħafna bir-riżultat li qed nattiraw inqas u inqas investiment lejn pajjiżna.
Dan l-inkwiet kien rifless ukoll minn ħafna żgħażagħ meta fi stħarriġ li sar stqarrew li kieku jistgħu jmorru jfittxu futur lil hinn minn xtutna. Il-Gvern qatel fost iż-żgħażagħ kull ħeġġa għall-futur.
Dan il-Gvern nesa’ l-futur u qed jiġi jaqa’ u jqum lill-futur jiġifieri liż-żgħażagħ tagħna. Hi kbira ħafna li mas-sebgħin fil-mija taż-żgħażagħ qed jiddikjaraw li ma jixtiequx jgħixu f’pajjiżna.
U dan kollu għaliex il-Gvern Laburista kien mhedi jiddefendi lill-korrotti; lil dawk li biegħu l-isptarijiet tal-poplu lill-barranin; lil dawk involuti f’deals korrotti oħrajn bħal f’dak mal-Electrogas.
Jason Azzopardi sellem lill-ħaddiema kollha tal-Jobs Plus u qal li f’pajjiżna hawn eluf kbar ta’ persuni b’diżabbiltà li ma humiex integrati fis-suq tax-xogħol.
Il-Gvern qed jabbuża mill-fondi pubbliċi għaliex l-istituzzjonijiet ma humiex jaħdmu u għaliex il-Kummissarju tal-Pulizija jdawwar wiċċu lil hinn.
Jason Azzopardi fisser li hu qatt ma stenna li l-Gvern ma jikkonsultax mal-Oppożizzjoni dwar l-istrateġija għall-impjiegi f’pajjiżna. Għaliex din l-attitudni ta’ suppervja u ta’ arroganza? Għaliex il-Gvern jaħseb li jista’ jgħaddi romblu minn fuq kulħadd?
Tkellem ukoll dwar il-prekarjat u qal li hu xxukkjat li mill-2017 sal-lum kumpanija waħda biss kienet black listed minħabba l-prekarjat u talli ma segwietx il-proċeduri mal-kundizzjonijiet tax-xogħol. U dan meta f’pajjiżna hawn tant kumpaniji li ma humiex iħarsu u josservaw id-dinjità tal-ħaddiema. Kif jista’ jkun li jkollok kumpaniji li jħaddmu għal xejn inqas minn tmenin sena ilu fil-ġimgħa?
//= $special ?>