Din hija l-kanzunetta ‘My Home’ – il-kanzunetta li se tirrapreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest ta’ din is-sena li se jsir f’Pariġi x-xahar id-dieħel.
L-ambaxxaturi Maltin għal din is-sena se jkunu Ike u Kaya – ċkejknin li llum il-ġurnata m’għandhomx bżonn ta’ ħafna introduzzjoni, mhux biss f’pajjiżna iżda anke madwar id-dinja. Dan meta l-istill partikolari tagħhom kiber ħafna fil-popolarità fl-aħħar xhur.
Dan il-video mużikali, tnieda fl-aħħar sigħat u fi ftit ħin kien diġa segwiet minn eluf ta’ persuni li b’mod partikolari minn dawk li għandhom għal qalbhom dan il-festival, li l-finali tiegħu se ssir f’Pariġi fid-19 ta’ Diċembru.
Ike u Kaya ser ikunu l-mistiedna ta’ programm speċjali ta’ Net AM li ser jixxandar fuq Net Television u Net FM b’mod simultanju, għada, it-Tlieta 16 ta’ Novembru bejn is-7am u 9am.
//= $special ?>