Lokali

Il-Professur Manwel Mifsud jingħata l-Midalja tad-Deheb

Il-Prof. Manwel Mifsud ingħata l-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ 2021. Huwa ngħata dan il-ġieħ waqt serata organizzata f’Jum l-Akkademja tal-Malti.

Din l-onorifiċenza tingħata lil min ikun iddistingwa ruħu b’ħidma tul ħajtu kollha għall-ilsien Malti u għal-letteratura Maltija.

F’diskors tal-okkażjoni, il-President Vella rrimarka li ħidmet il-Prof. Mifsud bħala għalliem tad-dinamika tat-taħlit fl-ilsien Malti u tal-morfoloġija storika tal-Malti għandha tixpruna lill-Maltin biex nagħmlu dak kollu possibbli biex ilsienna ngħożżuh u nagħrfu nużawh kif inhu xieraq.