Illum, fiċ-Ċentru tal-Kreattività Savina, l-Ambaxxatur Taljan għal Malta, Fabrizio Romano nieda l-firxa ta’ prodotti “Piaceri Italiani.”
Fabrizio Romano intlaqa’ miċ-Chariman tal-Magro Brother, John Magro, li jakkumpanjawh kellu lil uliedu Christian u Nicholas Magro kif ukoll lil Joanna Mercieca Magro.
“Piaceri Italiani” joffru għażla eċċezzjonali ta’ speċjalitajiet Taljani. Kull prodott intgħażel bir-reqqa b’dettall tal-wirt artiġjanali tiegħu. Dan filwaqt li ħafna mill-prodotti jgawdu l-istatus ta’ protezzjoni ġeografika.
Waqt din iż-żjara li saret fil-Magro Food Village, li jinkludi ċ-Ċentru tal-Kreattività Savina, Farmfresh u l-kwartieri ġenerali tal-Magro Brothers, John Magro enfasizza r-rabtiet li l-Familja Magro għandhom mal-Italja. Spjega wkoll li għal Savina Creativity Centre kienet għażla naturali li tieħu l-marka Piaceri Italiani peress li t-tnejn jaqsmu l-istess passjoni fil-qasam tal-ikel.
Fabrizio Romano inawgura s-sezzjoni l-ġdida Taljana, fi ħdan iċ-Ċentru tal-Kreattività Savina, u awgura lil John Magro u lill-familja tiegħu kull suċċess f’din l-impriża ġdida.
Iċ-Chairman ta’ Magro Brothers ippreżenta ktieb ippubblikat fl-okkażjoni tal-100 sena ta’ Magro Brothers, bl-isem ta’ ‘ A Century of Enterprise on the Mediterranean Island of Gozo’ lil Fabrizio Romano.
//= $special ?>