Mara sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħet minn rdum fl-inħawi ta’ Għajn Tuffieħa. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fil-Qarraba meta ż-żagħżugħa ta’ 23 sena residenti Pembroke waqgħet minn xi għoli.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkordinaw operazzjoni sabiex il-mara tkun salvata. Iktar tard, hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard kienet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>