Matthew Asciak rebaħ il-Gatorade Malta Open għas-17-il sena konsekuttiva. Dan it-tournament kellu numru ta’ partiti interessanti fejn attiraw numru ta’ parteċipanti hekk kif fil-kategorija tas-singles tan-nisa ħadu sehem 9 tennisti, f’dik tal-irġiel ħadu sehem 39 filwaqt li applikaw 11-il tim għad-doubles tal-irġiel.
Fil-finali tal-irġiel, Matthew Asiak għeleb lil Liam Delicata 6-1 6-3. Asciak rebaħ l-ewwel titlu tiegħu fl-età ta’ 15-il sena. Fil-kategorija tan-nisa kienet il-Kroata Ivana Katvic li għelbet lil Jessica Dinech 6-4 6-0. Fid-doubles tal-irġiel kienu Matthew Asciak u Alex Degabriele li ħarġu rebbieħa.
Fi tmiem it-tournament, ir-rebbieħa kienu preżentati bit-trofej mill-President tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis David Farrugia Sacco u l-Inġinier Anthony Mifsud.
//= $special ?>