Ewropa Internazzjonali Lokali

Roberta Metsola se tikkontesta għall-kariga ta’ President tal-Parlament Ewropew

Ritratt: Matthew Tabone

L-MEP tal-PN, Roberta Metsola se tkun qed tikkontesta għall-kariga prestiġjuża ta’ President tal-Parlament Ewropew.

Fi kliem sempliċi, dan ifisser li l-MEP Nazzjonalista se tikkontesta l-elezzjoni interna tal-Partit Popolari Ewropew li se ssir fl-24 ta’ Novembru, u jekk tkun eletta, issir uffiċjalment kandidat tal-grupp PPE għall-elezzjoni tal-Presidenza li ssir f’Jannar.

Jikkontesta lil Metsola fi ħdan il-PPE, s’issa hemm biss l-MPE mill-Awstrija Othmar Karas, iżda n-nominazzjonijiet jagħlqu fit-22 ta’ Novembru. L-MEP Olandiża Esther de Lange mistennija wkoll tiddikjara l-kandidatura tagħha fil-jiem li ġejjin.