Lokali

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involtu f’iċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-ħdax fi Triq il-Qalb ta’ Ġesu.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn mutur Peugeot Tweet, misjuq minn raġel min-Nepal ta’ 30 sena residenti l-Pieta’ u Ford Focus, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 45 sena.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.