Il-coach tat-tennista Żvizzeru Roger Federer qal li għal Federer se tun diffiċli li jilgħab fl-Open tal-Awstralja hekk kif għadu ma rkuprax 100% mill-injury tiegħu.
Ivan Ljubicic iżda kkonferma li Federer se jkun xorta waħda qed jilgħab fix-xhur li ġejjin u xejjen għal kollox xnigħat li se jkun qed jirtira. Federer li għandu 40 sena ilu ma jilgħab sa mit-tournament ta’ Wimbledon fejn kien sofra injury f’irkopptu. Ljubicic żied jgħid li Federer irid il-ħin biex jirkupra fejn f’intervistà li kien ta f’Settembru qal li għalissa m’huwiex lest li jirtira.
//= $special ?>