“Ħa nivvota favur il-Budget ta’ Gvern Laburista.” Dan huwa kelma b’kelma dak li qalilna l-Ministru Silvio Schembri. Vot illi jfisser li l-istess Schembri se jivvota biex il-poplu Malti jkompli jinsteraq il-miljuni minħabba l-kuntratt li għamel il-Gvern Laburista għall-bejgħ tat-tliet sptariiet. …li għas-sena d-dieħla biss se jiswina 70 miljun ewro.
Erġajna saqsejna lill-Ministru biex jgħidilna jekk hux se jivvota favur dan is-serq… b’Silvio Schembri jikkonferma li se jkun qed jiddefendi, permezz tal-vot tiegħu, dan id-deal skandaluż.
Jekk wieħed janalizza ftit dan is-serq mid-deal tal-isptarijiet… jinnota li l-poplu Malti qed jinsteraq kważi 6 sitt miljun ewro (€5,750,000) fix-xahar, iktar minn miljn ewro (€1,327,000) kull ġimgħa jew €190,000 kuljum…. kollha minn but il-Maltin u l-Għawdxin kollha – flus li setgħu ntefqu f’affarijiet ħafna iktar bżonnjużi.
Intant, staqsejna wkoll lil Silvio Schembri jekk jaħsibx li l-Ministru Byron Camilleri għandux jerfa’ responsabbilta ta’ dak li seħħ fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin…. fejn għal Shchembri, Byron Camilleri qed imexxi tajjeb ħafna.
Il-ġimgħa li għaddiet seħħ każ ieħor xokkanti fil-ħabs ta’ Kordin fejn priġunier ieħor instab mejjet; l-14-il mewta fil-ħabs f’dawn l-aħħar tliet snin. Il-Partit Nazzjonalista… bħal ħafna oħrajn… qed jinsisti li Byron Camilleri għandu jġorr ir-responsabbiltà politika għal dak kollu li qed iseħħ fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.