Lokali Parlament

Steward Healthcare Limited stess jiddikjaraw li l-kuntratt dwar it-tliet sptarijiet pubbliċi hu frewdalenti u korrott

  • Adrian Delia, Deputat Nazzjonalista

Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia tkellem dwar kif Steward Healthcare Limited fi proċeduri fil-Qrati Maltin iddeskriviet il-kuntatt attwali dwar it-tliet sptarijiet bħala frewdalenti u korrott.

Adrian Delia qal li dan hu kuntratt imċappas bi ksur tal-liġi u dan qed jingħad fil-Qrati Maltin mill-istess Steward Healthcare.

Deher biċ-ċar li l-kumpanija kienet qed tbati biex tissodisfa r-rekwiżiti mistennija minnha… imma wkoll b’periklu kbir ukoll fuq is-sistema tas-saħħa Maltija.

Barra minhekk jirriżulta li Uffiċjali Maltin flimkien mal-investituri daħlu fi ftehim sigriet qabel ma daħal fis-seħħ il-kuntratt. Dan qabel ma kien sar il-proċess tal-offerta.

Dan il-kuntratt jikser il-liġijiet ta’ Malta bl-aktar mod flagranti.

Adrian Delia kkonkluda li bħalissa l-Partit Nazzjonalista daħħal Protest Ġudizzjarju bl-iskop li l-vot tal-Baġit fir-rigward tal-vot lil Steward ikun dikjarat illegali.

Irridu nivvutaw għal dawn is-€70 miljun lil Steward meta kollox jindika li dan hu kuntratt null, illegali u korrott.