Fl-aħħar 24 siegħa kienu rappurtati 64 każ ġdid ta’ Covid-19 … L-akbar numru ta’ każi rrapurtati f’ġurnata waħda f’aktar minn xahrejn. Fl-istess żmien, 31 kienu meqjusa li fiequ biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa tela’ għal 636.
Minn ċifri maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa il-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei żdiedu għal 16, filwaqt li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar.
Fortunatament, ġie rrapurtat ukoll li ma kienx hemm vittmi fl-aħħar sigħat, b’hekk l-ammont ta’ vittmi mill-bidu tal-pandemija sa issa jibqa dak ta’ 462.
ntant sat-Tnejn ingħataw 79,203 doża tal-booster.
//= $special ?>