Futbol Sport

Benjamin Mendy b’żewġ akkużi oħra ta’ stupru

(Ritratt: EPA)

Id-difensur ta’ Manchester City Benjamin Mendy għal darb’oħra reġa tressaq quddiem il-Qorti ta’ Stockport fejn qed jaffaċċja żewġ akkużi oħra ta’ stupru. Mendy issa b’hekk b’kollox qed jaffaċċja sitt akkużi ta’ stupru u reat ieħor ta’ natura sesswali. Erba’ minn dawn l-akkużi jidher li seħħew bejn Ottubru tal-2020 u Awwissu ta’ din is-sena.

Mendy ilu jilgħab ma’ Manchester City sa mill-2017 fejn kien issieħeb ma’ Monaco. Fil-preżent Mendy huwa sospiż mill-club wara li għaddeja investigazzjoni fuqu.