F’laqgħa bilaterali li nżammet online bejn il-mexxejja tal-Istati Uniti u ċ-Ċina, il-President Amerikan, Joe Biden, xeħet pressjoni fuq il-prattiċi ta’ Beijing fejn jidhlu d-drittijiet tal-bniedem ….filwaqt li Xi Jinping minn naha tieghu wissa li ċ-Ċina se tirritalja għall-provokazzjonijiet fuq it-Tajwan.
Għalkemm ma ntlaħaq l-ebda ftehim, il-laqgħa kienet waħda importanti biex ittaffi r-relazzjoni bierda bejn dawn iż-żewġ forzi ekonomiċi kbar dinjija.
Id-diskussjoni bejn iz-zewg nahat iffukat fost l-ohrajn fuq il-Korea ta’ Fuq, l-Afganisatan, l-Iran, il-kummerċ, il-klima, il-pandemija u kwistjonijiet militari.
//= $special ?>