Lokali

“Byron Camilleri jkompli jikkonferma li l-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru m’ għadhiex tenibbli” – PN

Il-Ministru Byron Camilleri għandu b’mod immedjat jintervjeni biex jieqaf it-theddid u l-intimidazzjoni  fuq il-gwadjani tal-ħabs u l-istess ħabsin li ma jridux li l-Kurunell Dalli jerġa’ jitpoġġa lura fit-tmexxija tal-Ħabs.

Wara li l-Ministru Byron Camilleri naqas illi jneħħi b’mod definittiv lill-Kurunell Alex Dalli  mit-tmexxija tal-ħabs, u dan minkejja li seħħew 14-il mewt ta’ detenut fi żmien qasir, issa l-istess Ministru qiegħed jippermetti li numru kbir ta’ gwardjani tal-ħabs, kif ukoll numru kbir ta’ detenuti jiġu ntimidati u mhedda, u dan talli qed jirrifjutaw jiffirmaw petizzjoni li titlob li l-Kurunell Alex Dalli jerġa jieħu postu.

Il-Ministru Byron Camilleri jibqa dghajjef u bla saħħa quddiem persuni li tefgħu il-ħabs fil-kriżi li jinsab fiha illum u għal darb’ohra qiegħed ikompli jikkonferma li l-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru ma għadiex waħda tenibbli