Internazzjonali Lokali Unjoni Ewropea

Ċittadini ta’ pajjiżi barra mix-Schengen iridu jħallsu €7 oħra biex jidħlu fil-pajjiżi tal-UE

Ċittadini ta’ pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea se jkollhom iħallsu €7 kull wieħed meta jidħlu f’pajjiżi taż-żona Schengen fil-bloc Ewropew.

Dan bis-seħħ mill-2022.

Dan ifisser li ċittadini Amerikani, Awstraljani u dawk Brittaniċi fost l-oħrajn se jkollhom joħorġu din il-miżata ġdida biex jidħlu f’pajjiżi Ewropej, inkluż f’Malta.

Intant ċittadini ta’ pajjiżi barra mix-Schengen ma jistgħux idumu aktar minn 90 jum għal kull 180 jum f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea mingħajr Visa apposta.