Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Franza u l-Olanda jaċċertaw minn post fil-Qatar…it-Turkija jiksbu post fil-play-offs

(Ritratt: EPA)

Ic-champions tad-dinja, Franza kisbu post fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar meta għelbu lil Finlandja 2-0. Il-gowls ta’ Franza waslu fit-tieni taqsima, l-ewwel kien Karim Benzema li għamilhom 1-0 fis-66 minuta biex mbgħad kien Kylian Mbappe fis-76 minuta li rdoppja għat-tim ta’ Didier Deschamps.

F’dik li kienet ġurnata deċiżiva fi Grupp G, kienu l-Olanda li kisbu post fil-fażi finali meta għelbu lin-Norveġja 2-0 biex b’hekk ċaħħduhom minn post fil-play-offs. Il-gowls tal-Olanda waslu fl-aħħar sitt minuti permezz ta’ Steven Bregwijn fl-84 minuta u ta’ Memphis Depay fil-ħin mogħti żejjed.

It-Turkija kisbu post fil-play-offs wara li għelbu lill-Montenegro 2-1. Fatos Beciraj poġġa lil Montenegro fil-vantaġġ biex ir-rimonta tat-Torok bdiet fit-22 minuta meta kien Kerem Akturkoglu li għamilhom 1-1 imbagħad kien Orkun Kokcu li għamilhom 2-1 u aċċerta minn rebħa għat-Turkija.

Il-Belġju kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Wales biex b’hekk dan id-draw kien biżejjed biex Wales jiksbu post fil-play-offs. Kevin De Bruyne poġġa lill-Belġju fil-vantaġġ biex mbagħad kien Kieffer Moore li salva punt importanti għal Wales.

FAŻI TA’ KWALFIKAZZJONI GĦAT-TAZZA TAD-DINJA
Illum:
Bosnija v Ukrajna 0-2, Fillandja v Franza 0-2, R. Ċeka v Estonja 2-0, Wales v Belġju 1-1, Ġibiltà v Latvja 1-3, Montenegro v Turkija 1-2, Olanda v Norveġja 2-0