Guanyu Zhou se jsir l-ewwel sewwieq Ċiniż tal-Formula 1 wara li ffirma għal Alfa Romeo. It-tim ta’ Alfa Romeo ddeskriva l-akkwist ta’ Zhou bħala wieħed strumentali biex l-isport tal-Formula 1 jkompli jikber fiċ-Ċina.
Ma’ Zhou fit-tim fl-istaġun li ġej se jkun hemm is-sewwieq Finlandiż Valtteri Bottas li ffirma mingħand Mercedes wara li Kimi Raikkonen iddeċieda li jirtira aktar kmieni din is-sena. Zhou se jkun qed jieħu post Antonio Giovinazzi li issa jinsab mingħajr tim.
F’dan l-istaġun Zhou jinsab fit-tieni post tal-kampjonat tal-Formula 2 fejn għandu tliet rebħiet dan l-istaġun meta għad fadal biss żewġ Grand Prix.
//= $special ?>