Lokali

Il-Bank MeDirect jirbaħ unur tal-eBusiness għal L-Aqwa Użu tat-Teknoloġija fit-Trasformazzjoni ta’ Negozju, u jkompli jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu bħala l-ewwel bank diġitali f’Malta

MeDirect Bank Malta għadu kif rebaħ l-unur fil-kategorija ‘L-Aqwa Użu tat-Teknoloġija fit-Trasformazzjoni tan-Negozju’ fl-eBusiness Awards tal-2021.

L-eBusiness Awards huma organizzati minn Tech.MT u huma maħsuba biex jiċċelebraw is-suċċessi fit-teknoloġija u jippromwovu l-iktar inizjattivi innovattivi fis-settur diġitali f’Malta. Dawn l-unuri jikkonfermaw is-suċċess f’Malta fil-qasam ta’ inizjattivi, proġetti, soluzzjonijiet u kisbiet oħra f’oqsma diġitali.

Il-kategorija ‘L-Aqwa Użu tat-Teknoloġija fit-Trasformazzjoni tan-Negozju’ jippremja l-innovazzjoni, l-oriġinalità, l-għan, ir-riżultat u l-impatt estern. L-unur jirrikonoxxi aspetti pożittivi li l-innovazzjoni ġġib magħha għas-sostenibbiltà ambjentali.

“Ninsabu onorati u kburin li ġejna rikonoxxuti għall-isforzi tagħna biex inkunu l-ewwel bank diġitali f’Malta. Dan l-unur jiffoka fuq is-suċċess tal-infrastruttura tal-onboarding li nedejna biex ngħinu lill-klijenti jsiru membri tal-Bank fi ftit minuti, f’kull pajjiż li noperaw fih,” qal Arnaud Denis, Kap Eżekuttiv ta’ MeDirect Group.

L-ogħla prijorità tal-bank MeDirect hu li jipprovdi l-aqwa esperjenza lill-klijenti tiegħu bis-saħħa tal-innovazzjoni diġitali u għalhekk jaddatta biex dejjem jagħti l-aħjar servizz lill-klijenti tiegħu.

Bis-saħħa tal-mobile app u l-online banking platform, il-klijenti ta’ MeDirect jistgħu jimmaniġjaw il-flus tagħhom minn kull fejn ikunu, xħin iridu.

Fl-2019, MeDirect nieda vjaġġ ta’ trasformazzjoni sabiex isir bank iffokat fuq il-ħtiġijiet tal-klijenti. Matul dan il-vjaġġ, it-teknoloġija tal-Bank MeDirect rat bidliet kbar, u l-bank beda joffri servizzi li jħabbtuha mal-aqwa kumpaniji FinTech fis-suq.

Pawel Malukiewicz, Group Head ta’ Channels & Customer Experience ta’ MeDirect Bank Malta, żied jgħid: “Dan it-tibdil ma kienx ikun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-klijenti tal-bank tagħna li dejjem tawna r-rispons tagħhom biex inkunu nistgħu ntejbu u niżviluppaw il-prodotti u s-servizzi tagħna.”

Dan l-unur juri s-suċċess li kiseb MeDirect bis-saħħa tad-diġitilizzazzjoni tal-proċess tal-applikazzjoni għal membri ġodda. Dan il-proċess ġie mniedi fl-aħħar kwart tal-2020 bil-għan li jnaqqas b’mod sinifikanti l-ħin li wieħed jieħu biex jimla l-applikazzjoni biex isir klijent tal-Bank.

Dan il-proċess għen lil MeDirect itejjeb kemm l-effiċjenza kif ukoll kompla jilħaq iktar klijenti li wassal għal żieda ta’ klijenti ġodda li ngħaqdu mal-Bank. Il-Grupp nieda dan il-proċess aġġornat tal-onboarding f’Malta u anke fil-Belġju.

Chris Portelli, Chief Technology Officer ma’ MeDirect Bank Malta qal: “Unur bħal dan ma kienx ikun possibbli mingħajr l-aqwa ħiliet f’MeDirect. It-talent li MeDirect jimpjega huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa pilastri għas-suċċess fit-trasformazzjoni teknoloġika. Filwaqt li nirringrazzja lil dawk kollha involuti għad-dedikazzjoni u x-xogħol siewi tagħhom, inħares ‘il quddiem lejn proġetti ġodda fi ħdan l-onboarding u anke inizjattivi oħra li MeDirect ilu jaħdem fuqhom għal dawn l-aħħar xhur, li jinkludu l-cards u innovazzjonijiet oħra fil-qasam tal-investimenti.”

MeDirect Bank jagħmel parti minn MDB Group, it-tielet l-ikbar grupp bankarju f’Malta f’termini ta’ assi totali u huwa bank sistematikament importanti taħt is-superviżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji f’Malta. Il-Grupp bħalissa jopera fil-Belġju u f’Malta u joffri l-klijenti tiegħu mod sikur u konvenjenti biex jiddepożitaw flushom, flimkien ma’ pjattaforma b’xelta ta’ prodotti ta’ tfaddil u investimenti.

Ikkummenta