- Claudette Buttigieg, Deputat Nazzjonalista
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostiet i fil-liġi dwar il-kannabis, il-PN hu impenjat favur il-ġid komuni, is-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-minuri,
Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li dan hu suġġett mill-aktar delikat u kulħadd għandu jkollu rasu mistrieħa li l-Oppożizzjoni ma hix se tkun qed tagħmel xi diskorsi partiġġjani dwar dan is-suġġett.
Hi sellmet lil dawk il-persuni li fil-passat kellhom sitwazzjoni fejn għaliex għamlu użu mill-kannabis spiċċaw il-Ħabs. Fil-fatt din is-sitwazzjoni nbidlet fl-2015 proprju għaliex anki l-Oppożizzjoni kienet ivvutat favur liġi li dittikriminalizza l-użu tal-kannabis. L-ebda persuna ma għandha teħel il-ħabs għaliex tinqabad b’ammont ta’ kannabis skont kif stipulat fil-Liġi.
Hi qalet li ma hux sew li jiġi l-Ministru Bonnici fil-Parlament u jipprova jagħti l-impressjoni li se nkunu qed nibdew mix-xejn meta fl-2015 anki l-Oppoiżizzjoni ivvutat favur id-dikriminalizzazzjoni tal-kannabis.
Hi qalet li aktar qed tara ġej attakk fuq min se jkun qed jitkellem kontra dan l-Abbozz u żiedet li “ejja naqblu mija fil-mija li ħadd m’għandu jeħel il-ħabs għaliex juża l-kannabis.
Hi aappellet lil kulħadd biex “ma noqogħdux nilagħbu bil-kliem biex xi naħa tidher sabiħa u xi naħa tidher kerha.”
Claudette Buttigieg sellmet lil min għadda minn xi żmien diffiċli u qalet li hi ġejja mis-settur tal-mużika u taf tajjeb x’jiġifieri dan is-suġġett. Sellmet lill-assoċjazzjonijiet kollha bħall-Caritas, is-Sedqa u l-Oasi li qed jagħmlu xogħol impekkabbli fost il-vittmi tad-droga.
Hi qalet li kellha l-oppotunità li tpoġġi ħdejn min ikun iggrawda minn programmi ta’ riabilitazzjoni tad-droga u allura ma tistax ma tħossx għafsa ta’ qalb għalihom wara li jirrakkontawlek l-istorja tagħhom.
Grazzi kbira lil dawk kollha li qed jaħdmu fost il-vittmi tad-droga u qalet li tajjeb li wieħed jaqra sew l-istqarrijiet li ħarġu kemm l-Caritas u anki s-Sedqa li fihom fissru l-konsegwenzi tad-droga.
Sellmet ukoll lill-Fondazzjoni Richmond u qalet li l-Gvern jagħmel tajjeb li jinvesti f’dawn il-fondazzjonijiet biex hekk dawn imexxu ’l quddiem ix-xogħol impekkabbli tagħhom.
Sellmet lill-imsieħba soċjali kollha li verament qed jagħmlu xogħol importanti f’pajjiżi u qalet li dawn l-entitajiet jirrappreżentaw mijiet jew eluf ta’ ħaddiema, familji, nies li jimpjegaw… Dawn l-entitajiet kollha, waħdihom jew flimkien, ħarġu stqarrijiet fejn qed juru t-tħassib tagħhom dwar dan l-Abbozz ta’ Liġi.
Qed iwissu wkoll dwar il-konsegwenzi u kien hemm minnhom min saħansitra ssuġġerixxa emendi.
Hi fakkret li meta ħarġet il-White Paper dwar is-suġġett kienet saret kritika ħarxa minħabba n-nuqqas ta’ riċerka. F’diskors ta’ siegħa u aktar, il-Ministru ma rrifera xejn għall-klawsoli li fiha. Dan l-Abbozz ta’ Liġi ma saret l-ebda riferenza għall-klawsoli li fiha.
L-imsieħba soċjali dwar dan l-Abbozz ta’ Liġi qed josservaw sens ta’ għaġġla u nuqqas ta’ riċerka u studju.
Il-Ministru Owen Bonnici għadu kemm għamel ammissjoni li tmintax-il stat Amerikan għadhom kemm illegalizzaw il-kannabis. Tajjeb li l-Ministru jgħid ukoll li tmintax minn ħamsin stat!
Kif tista’ tagħmel Abbozz ta’ Liġ daqstant importanti meta int stess ammettejt li m’għandek l-ebda riċerka u studju kif għedt int stess?
Claudio Grech għadu kemm ikkummissjona studju ‘Save a Life’ u dan id-dokument mill-aktar interessanti kien ippreżentat ukoll lill-Kamra.
Dan l-istudju jitratta wkoll l-użu tal-kannabis. Għaliex l-Università ta’ Malta ma hix involuta f’din ir-riċerka dwar l-użu tal-kannabis?
Il-Ministru Bonnici ma jridx li juża ċertu kliem li bihom dan l-Abbozz ta’ Liġi jispiċċa jmur kontra l-Konvenzjonijiet.
Dan l-istudju juri b’mod ċar ħafna li l-akbar problema fost iż-żgħażagħ hi l-abbuż mill-alkohol tant li s-sitwazzjoni ħarbet minn kull kontroll. Tajjeb li l-Parlament jiddiskuti din il-kwistjoni tant importanti.
L-istatistika li joħroġ minn dan l-istudju turi li 33 fil-mija taż-żgħażagħ ta’ bejn il-ħmistax u s-sittax il-sena jaħsbu li biex jakkwistaw il-kannabis hi xi ħaġa faċli ħafna. Dan meta fl-Unjoni Ewopea l-perċentaġġ hu ferm u ferm anqas.
Claudette Buttigieg qalet li l-liġi trid tkun segwità ,minħabba l-effett tagħha. Hi appellat biex il-gvern jispeċifika x’miżuri se jdaħħal il-gvern dwar it-teħid tal-kannabis fuq il-post tax-xogħol, partikolarment jekk il-ħaddiema jmorru jogħmodu l-ħaxixa. Min iħaddem għandu dritt li jwaqqaf lil dawn il-ħaddiema? Hi staqsiet jekk il-ħaddiema li jkunux f’sikkithom u jmorru d-dar ikollhom is-sick leave imnaqqas.
Dwar min iħaddem, hi sostniet li l-qabża hi bejn 3.5 grammi għal 28 gramma kannabis; fl-ammont ta’ 50 joint. Mi, iħaddemn ma jħossx li sar djalogu magħhom tant li fl-MCSD l-imsieħba soċjali kienu mwiegħda li jkun preżentat pjan ta’ impatt soċjali; tliet kwarti tal-MCESD huma kontra l-mod kif iddaħħlet din il-liġi.
Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar it-tfal u qal li dan hu l-akbar tħassib għaliex se jkun hemm tfal li se jitrabbew ma’ ġenituri li jkunu qed ikabbru l-kannabis; it-tfal se jkunu esposti għall-kultura li l-kannabis hi xi ħaġa regolari li tpejjipha.
Claudette Buttigieg qalet li fil-ħajja tagħhom, it-tfal iridu jiżviluppaw il-ħiliet kif isolvu l-problemi iżda flok jingħataw din l-għajnuna it-tfal se jkunu esposti għall-kannabis. Id-deputat Nazzjonalista kompliet li fl-aħħar tliet snin 25% ta’ dawk li fittxew l-għajnuna għand il-Caritas kellhom problema tal-kannabis.
L-abbozz ma jsemmi xejn dwar it-turisti li jiġu Malta; Malta se tkun attrazzjoni għall-kannabis?
Claudette Buttugieg qalet li l-gvern mhux jikkalkula l-impatt fuq is-servizzi, fuq il-benefiċċji u l-assistenza u ż-żieda fuq is-servizzi soċjali. Il-prinċipju tal-PN hu tal-ġid komuni, tas-saħħa pubblika u tal-protezzjoni tal-minuri, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li l-gvern mhux jirreferi għall-mod kif il-kannabis ġie riklassfikata.
//= $special ?>