Futbol Sport

Illum it-tim Malti ta’ taħt il-21 sena b’partita kontra l-Irlanda ta’ Fuq

Illum it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena f’Mourneview Park se jkun qed jilgħab partita oħra mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej kontra l-Irlanda ta’ Fuq.

Wara t-telfa ta’ nhar il-Ġimgħa li għaddiet kontra Spanja, il-coach Gilbert Agius se jkun qed jistenna prestazzjoni u reazzjoni pożittiva mit-tim Malti. Lejliet il-partita, il-coach tat-tim Malti qal li kontra Spanja minkejja li kien hemm numru ta’ aspetti pożittivi, fejn minkejja li l-players Spanjoli kienu aħjar tattikment iż-żagħżagħ Maltin taw qalbhom f’din il-partita.

Agius qal li l-players Maltin qed jirkupraw b’mod tajjeb għall-partita ta’ għada fejn hemm ukoll sens ta’ għejja anke minħabba l-fatt li l-players kellhom numru ta’ sigħat jivjaġġaw. Dwar il-partita ta’ għada, Agius qal li qed jistenna partita diffiċli fiżikament. F’pajjiżna, it-tim Malti kellu prestazzjoni mill-aqwa kontra l-Irlanda ta’ Fuq.

It-tim Malti fil-preżent jinsab fl-aħħar post bi tliet punti fejn riżultat pożittiv għada t-tim Malti jilħaq l-istess ammont ta’ punti li kiseb f’edizzjoni tal-passat. Il-partita tibda fit-8.30pm.