Għal jum ieħor, dell tqil fuq il-Grupp Parlamentari tal-Labour hekk kif fost dawk taħt il-lenti spiċċa l-Ministru Byron Camilleri, li taħtu taqa’ r-responsabbiltà tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Dan hekk kif wara l-14-il mewta fil-ħabs fi ftit aktar minn sentejn, il-pressjoni fuq il-Ministru Camilleri kull ma jmur qed tiżdied – anke minhabba l-fatt li hu dejjem iddefenda l-agir tad-Direttur awto-sospiz Alex Dalli.
Għaldaqstant, bosta qed jisħqu li Byron Camilleri għandu jerfa’ r-responsabbiltà u jieħu pass lura mill-pożizzjoni tiegħu hekk kif kaxkxar saqajh biex jieħu deċiżjoni fuq Alex Dalli.
Net News staqsa lil uħud mill-membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela jekk humhiex komdi bil-Ministru Camilleri u jekk jaħsbux li għandu jerfa’ responsabbiltà politika…bil-Ministru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela jagħżel li ma jieħu ebda pożizzjoni dwaru.
Dan filwaqt li l-Ministru Miriam Dalli ddefendiet lill-kollega tagħha ..u qalet li Byron Camilleri validu ħafna.
Bis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista ma jemminx li Camilleri għandu jerfa responsabbiltà għat-tkaxkir tas-saqajn li ssarraf f’aktar imwiet fiċ-ċellel ta’ Kordin…imma fl-istess waqt jemmen li diġà refagħha -kontradizzjoni wara l-oħra.
Intant Net News staqsa lil Deo Debattista jħossux komdu b’Rosianne Cutajar bħala membru fil-Grupp Parlamentari tal-Labour…bis-Segretarju Parlamentari jagħti x’jifhem li mhux jifhem x’inhu jiġri.
//= $special ?>