Il-Forzi tas-Sigurtà tal-Messiku arrestaw lil mart ‘El Mancho’.
‘El Mancho’ huwa l-aktar persuna mfittxija fil-pajjiż u huwa wkoll il-kap tal-cartel magħruf bħala Jalisco New Generation.
Rosalinda Gonzalez, mart ‘El Mancho’ hija ssuspettata li kienet qed tieħu ħsieb il-finanzi ta’ dan il-cartel.
Hija inħelset fuq bail ta’ miljun u nofs pesos jew l-ekwivalenti ta’ madwar €64,000.
‘El Mancho’ li l-isem vera tiegħu huwa Nemesio Oseguera Cervantes, ilu maħrub għal snin twal. Il-US Drug Enforcement Administration qed toffri $10,000,000 għal kull informazzjoni li tista’ twassal biex jinqabad ‘El Mancho’.
//= $special ?>