Stanley Johnson, missier il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qed jiffaċċja akkużi li mess b’mod indiċenti lil żewġ nisa, waħda minnhom Membru Parlamentari tal-Konservattivi.
Caroline Nokes qalet li Johnson kien taha daqqa fuq il-warrani waqt konferenza tal-Konservattivi fl-2003, filwaqt li Ailbhe Rea, korrispondenta politika akkużat lill-istess Johnson b’atti indiċenti waqt konferenza simili fl-2010.
Minn naħa tiegħu, missier il-Prim Ministru qal li ma jiftakarx li qatt għamel dak li qed jiġi akkużat bih.
//= $special ?>