Lokali

Reazzjonijiet Pożittivi għall-proposti tal-PN

Bħala parti mill-proposti li qed jagħmel il-PN għal kull qasam tas-socjeta’, fl-aħħar jiem żdiedu l-proposti li ħarġu mill-cluster tal-Anzjanità Attiva. Proposti li sabu reazzjonijijet pożittiv ferm.. kemm mill-pubbliku, kif ukoll minn dawk li huma esperti fil-qasam.

Dwar dan tikkummenta l-kelliema tal-Partit Nazzjonalista għall-anzjanità attiva Maria Deguara.

Biex ikompli jinċentiva lill-anzjani jibqgħu attivi anke fil-post tax-xogħol, Gvern ġdid Nazzjonalista qed iwiegħed lil dawk li jkomplu jaħdmu wara l-eta’ ta’ l-irtirar li d-dħul mill-pensjoni sa massimu ta’ €15,000 mhux se jkun intaxxat.

Il-PN qed iwiegħed ukoll li jagħti tnaqqis ta’ 50% fl-ispiza tal-kera tal-meters tad-dawl u l-ilma lid-djar kollha fejn hemm reġistrati biss persuni pensjonanti.

Fost il-propost hemm dik li tinghata aktar għajnuna lil dawk l-anzjani li jeħtieġu jixtru mediċini li mhumiex fil-formularju tal-Gvern. U għal dawk l-anzjani jew persuni b’diżabilità li jeħtieġu l-għajnuna ta’ carer full time, Gvern Nazzjonalista jagħti sa massimu ta’ €12,000 fis-sena.

Minbarra dan, il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-anzjani għandhom ikollhom aċċess għall-għajnuna biex ikunu jistgħu jużaw servizzi tal-internet u diversi applikazzjonijiet li jistgħu jaċċessaw online, u se jaħdem ma’ NGOs u għaqdiet oħra biex iwaqqaf helpline dedikat propju għal dan il-għan.

Tags