Futbol Sport

Rebħa mill-aqwa għat-tim Malti ta’ taħt il-21 sena f’Lurgan

Irlanda ta’ Fuq………………….0

Malta………………………………….2

Irlanda ta’ Fuq: L. Hughes, T. Hume, O. Smyth (C. Boyd-Munce 72′), K. Balmer, A. Donnelly, E. Galbraith, A. McCalmont, F. Cousin-Dawson, D. Taylor, P. Lane (J. Mcgovern 72′), P. O’Neill (R. Waide 72′)

Malta: C. Formosa, M. Ellul, C. Gauci (A. Bradshaw 26′), C. Zammit Lonardelli, A. Vella, A. Attard, M. Grima (G. Sciberras 62′), A. Garzia, J. Ghio (B. Sciberras 62′), J. Carbone (A. Zammit 78′), J. Engerer

Referee: K. Á Høvdanum

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kiseb rebħa importanti ta’ 2-0 fuq l-Irlanda ta’ Fuq f’partita oħra mill-fażi ta’ kwalfikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej. Din kienet it-tieni rebħa għaż-żagħżagħ Maltin f’dan il-grupp u ironikament l-ewwel rebħet waslet f’pajjiżna kontra l-istess Irlanda ta’ Fuq. B’din ir-rebħa il-Maltin issa telgħu fir-raba’ post tal-klassifika b’sitt punti.

Wara li l-Irlanda ta’ Fuq sfaw jilagħbu bi player anqas meta tkeċċa Trai Hume wara 33 minuta, fit-tieni taqsima t-tim Malti ħareġ aktar fuq l-offensiva u kien fid-49 minutal i fetaħ l-iskor b’gowl mill-isbaħ ta’ Marcus Grima. Bil-Maltin jibqgħu fil-kontroll tal-partita kien fid-89 minuta li għalqu l-partita meta kien is-sositut Andrea Zammit li għamilhom 2-0.