Il-Forzi tas-Sigurtà Pollakki użaw il-kanuni tal-ilma u l-gass tad-dmugħ fuq l-immigranti li kienu qed igaraw il-ġebel mal-fruntiera biex mill-Belarus jidħlu fil-Polonja, b’eluf jinġabru fl-inħawi f’tentattiv iddisprat biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea.
Il-kriżi umanitarja wasslet lill-istess Unjoni biex tħejji sanzjonijiet kontra l-Belarus hekk kif qed takkuża lil dan il-pajjiz li b’mod malinn qed jipprova jiddistabilizza l-blokk Ewropew billi jimbutta lill-immigranti b’mod illegali mal-fruntiera… fejn huwa stmat li hemm mal-5,000 immigrant jistenna biex jaqsam.
Il-Ministeru tad-Difiża tal-Polonja qalet li l-forzi kienu qed jirreaġixxu għall-attakk tal-immigranti fuq is-suldati fil-fruntiera f’Kuznica hekk kif qed jippruvaw jeqirdu l-fence biex jaqsmu lejn il-Polonnja …..filwaqt li l-forzi tal-Belarus qagħdu gallarija josservaw dak li kien qed jiġri, fost akkużi li dawn kienu qed jissupplixxu lill-immigranti bi stun grenades.
Apparti s-sostenn tal-Unjoni Ewropea, in-NATO esprimiet it-tħassib tagħha dwar is-sitwazzjoni mal-fruntiera u se tkun qed tagħti l-appoġġ tagħha lill-Polonja f’kull ma jkun meħtieġ.
//= $special ?>