Internazzjonali Lokali

SQALLIJA: mkisser ċirku ta’ droga b’rabtiet ma’ Malta

Il-Pulizija ta’ Sqallija kissret ċirku ta’ droga bbażat f’Catania, Siracusa u Malta.

Fl-aħħar sigħat huma arrestaw 12-il persuna suspettati li kienu involuti f’dan iċ-ċirku. Jidher li dawk involuti kienu qed ibigħu marijuana, reżina tal-kannabis u kokaina fost l-oħrajn.

Huma jinsabu akkużati wkoll b’rabtiet mafjużi.

Jidher li d-droga kienet qed tiġi impurtata mill-Albania, l-Olanda kif ukoll mir-reġjuni Taljani tal-Calabria u l-Puglia.

Tlieta mill-irġiel ġew arrestati waqt li kienu qed iħottu kaxxi tal-kartun minn ġo karozza. Il-kaxxi kienu ta’ tip magħruf ta’ għaġin li minflok kellhom fihom 242kg rezina tal-kannabis.

B’kollox il-Carabinieri qabdu droga stmata b’valur ta’ 5 miljun ewro. Mill-investigazzjionijiet li saru fil-każ, jidher li hemm evidenza ta’ rabtiet ma’ familji tal-mafja.